Wara dak li ddikjara Jonathan Dingli – li se jkun qed jagħti l-paga ta’ xahrejn ta’ Viċi Sindku lil Dar Merħba Bik, din l-istess organizzazzjoni ħarġet tikkundanna bla riżervi l-kliem dispreġjattiv ta’ Jonathan Dingli.
Fi stqarrija, l-organizzazzjoni spjegat li se tibqa’ tenfasizza kemm huwa importanti li fis-soċjetà tagħna jiġu mbuttati d-dinjità, l-ugwaljanza u anke r-rispett.
‘Dar Merbħa Bik’, li tilqa’ fiha vittmi ta’ vjolenza domestika, qalet ukoll li ma rċeviet l-ebda komunikat mill-Viċi Sindku Laburista dwar is-suppost donazzjoni li qal li se jkun qed jagħti lil din id-Dar.
