
Bryan Mbuemo u Matheus Cunha fallew il-penalties għal Manchester United
Sorpriża kbira hekk kif it-tim mill-EFL League 2, Grimsby Town irnexxielu jegħleb lit-tim storiku u mondjali Manchester United bl-iskor finali jkun 2-2, u wara l-għoti tal-penalties kien 12-11 fit-tieni rawnd tal-EFL Cup.
Grimsby Town kellhom prestazzjoni mill-aqwa speċjalment fl-ewwel taqsima, bil-Mariners jiftħu l-iskor fit-22 minuta minn gowl ta’ Charles Vernam, u jirdoppjaw 8 minuti wara permezz ta’ Tyrell Warren mis-suġġeriment tal-istess Vernman.
Fil-75 minuta r-Red Devils irnexxielhom inaqqsu l-iskor permezz tal-akkwist il-ġdid ta’ Bryan Mbuemo.
Manchester United b’miraklu rnexxielhom jiskorjaw gowl fid-89 minuta permezz tal-captain tat-tim Harry Maguire biex ġabu l-iskor indaqs u ħadu l-partita għall-għoti tal-peanlties.
Għal Grimsby Town skorjaw Jaza Kabia (x2), Darragh Burns (x2), Reece Staunton, Henry Brown, Cameron McJannnett, Turi, Jayden Sweeney, Evan Khouri, Tyrell Warren, Chirsty Pym filwaqt li falla Clarke Odour.
Għal Man Utd skorjaw Burno Fernandes (x2), Bryan Mbuemo, Mason Mount, Diogo Dalot, Joshua Zirkzee, Kobbie Mainoo, Harry Maguire, Benjamin Sesko, Andre’ Onanan u fallew Matheus Cunha u Bryan Mbuemo. Dan ifisser li ż-żewġ akkwisti l-kbar li għamlu r-Red Devils mill-Premier League din is-sena fallew il-penalties tagġhom.
Fatt interessanti huwa li t-tim ta’ Grimsby Town jiswa’ madwar €4 miljun, filwaqt li dak ta’ Manchester United jiswa’ madwar €890 miljun. Dan ifisser li l-iskwadra tar-Red Devils tiswa’ 223 darba iżjed minn dik ta’ Grimbsy Town.
Minn partiti oħra, Brighton għelbu lil Oxford United 6-0, gowls minn Boscagli u Gruda fl-ewwel taqsima, u minn Gomez, Tzimas darbtejn u Watson fit-tieni taqsima.
Fulham għelbu lit-tim miċ-Championship Bristol City 2-0. Għal Fulham skorjaw George Tanner permezz ta’ auto-gowl u Raul Jimenez fl-ewwel taqsima.
Everton sabu d-diffikultà jegħlbu lil Mansfield Town FC mill-EFL League One hekk kif kien gowl tal-eks Juventus Carlos Alcaraz fil-51 minuta li fetaħ l-iskor, b’Beto jirdoppja lejn it-tmiem.