Ħabta bejn karozza u mutur ħalliet ix-xufier tal-mutur imweġġa’ gravi u ttieħed l-Isptar Mater Dei.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħaxija, meta l-Pulizija ġiet infurmata b’inċident
tat-traffiku fi Triq Ħ’Attard, Ħaż-Żebbuġ.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta
bejn Peugeot 2008 misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti Ħal Balzan u mutur Benelli misjuq
minn raġel ta’ 28 sena u jgħix is-Siġġiewi.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei, fejn
ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>