Ħamrun Spartans se jilagħbu t-tieni leg tal-Play-Off round ta’ kwalifikazzjoni kontra RFS minn Riga fil-Latvja, għada fis-7pm. Il-partita tintlgħab fil-LNK Sporta Parks.
24 siegħa qabel il-partita, il-kowċ tat-tim, Giacomo Modica, flimkien mal-iskorer tal-ewwel partita Saliou Thioune kienu preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet li ngħatat lill-midja.

Saliou Thioune (Ritratt: Joseph Galea)
Thioune beda bl-aħjar mod mal-Ispartans hekk kif diġa sab ix-xibka f’żewġ okkażjonijiet, bit-Taljan jiskorja fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League kontra Zalgiris, kif ukoll fl-ewwel leg kontra l-istess RFS, bil-gowl ikun deċiżiv fl-ewwel leg.

Thioune skorja l-unika gowl fl-ewwel leg kontra RFS fl-Istadium Nazzjonali (Ritratt: Joseph Galea)
Thioune tkellem fuq l-esperjenza tajba li qiegħed ikollu mal-Ispartans u stqarr li l-Ħamruniżi jistħoqqilhom ikunu f’din il-pożizzjoni anke minħabba s-sapport enormi li wrew il-partitarji tul il-vjaġġ kollhu.
Tkellem ukoll il-kowċ ta’ RFS, Viktor Moroz li stqarr li l-iskwadra tiegħu ma setgħetx lagħbet għall-aħjar abiltà tagħha minħabba l-kundizzjonijiet tal-art tal-Istadium Nazzjonali ta’ Ta’ Qali.
L-Ispartans ukoll kellhom l-aħħar sessjoni ta’ taħriġ nhar l-Erbgħa qabel il-partita kruċjali t’għada.

Ritratt: Joseph Galea
Jekk Ħamrun Spartans jirnexxilehom sempiliċiment iżommu l-iskor draw, jew jirbħu, huma jagħmmlu jerġgħu jagħmlu l-istorja, u mhux biss ikunu l-iżjed tim li wasal il-quddiem fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-kompetizzjoni Ewropea, iżda jsir l-ewwel tim li propju jilagħab f’kompetizzjoni Ewropea hekk kif jikkwalifika għall-fażi tal-kampjonat tal-UEFA Europa Conference League.

Mument storiku hekk kif Ħamrun Spartans għelbu lil Zalgiris fl-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni mill-UEFA Champions League, partita li wittiet it-triq għall-vjaġġ fl-Ewropa tal-Ispartans s’issa
(Ritratt: Joseph Galea)