L-attakkant il-ġdid ta’ Liverpool, Hugo Ekitike tħalla barra mill-aħħar skwadra tat-tim nazzjonali Franċiż għall-partiti li għandu mill-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2026 kontra l-Ukrajna u l-Iżlanda fil-5 u fid-9 ta’ Settembru rispettivament.
Din l-aħbar tasal minkejja l-fatt li Ekitike beda bl-aħjar mod possibbli ma’ Liverpool wara t-trasferiment tiegħu mar-Reds f’dan is-suq tat-trasferimenti għas-somma globali ta’ €95 miljun. Fi tliet partiti huwa skorja tlirt gowls u pprovda assist wieħed.
Ekitike għadu qatt ma lagħab mat-tim nazzjonali Franċiż, apparti 11-il partita fil-kategorija ta’ taħt il-21 sena.
//= $special ?>