Il-votazzjoni bikrija għall-elezzjoni ta’ Kap ġdid tal-PN ser tkun qed issir illum mill-4 ta’ waranofsinhar sad-9 ta’ filgħaxija fid-Dar Centrali, u sat-8pm f’Ta’ Sannat.
Is-Sibt 30 ta’ Awwissu jkompli l-early voting, mid-9 ta’ filgħodu sas-7 ta’ filgħaxija, filwaqt li f’Ta’ Sannat il-votazzjoni tagħlaq fil-5pm.
Imbgħad, l-elezzjoni propja se ssir is-Sibt 6 ta’ Settembru.
Alex Borg u Adrian Delia huma ż-żewġ kandidati li qed jikkontestaw din l-elezzjoni.
//= $special ?>