Sport

Ir-raba’ ġurnata tat-Tour ta’ Spanja

Fir-raba’ ġurnata tat-80 edizzjoni tat-Tour ta’ Spanja La Vuela, li kienet fuq distanza ta’ 206. 7 kilometri bejn Susa u Voiron, ħareġ rebbieħ Ben Turner tar-Renju Unit għal Inoes Granadiers li bi sprint rebaħ fuq il-grupp f’4 sigħat 50 minuta 14 il-sekonda.

Warajh bl-istess ħin daħlu l-koppja tal-Belġju Jasper Philipsen u Eduard Planchaert it-tnejn ta’ Team Alpecin u l-Britanniku Ethan Kane Vernon għal Israel Premier Tech.

Fil-klassifika ġenerali fl-ewwel post Jonas Vingegaard tad-Danimarka għal Team Visma Lease a Bile u David Gaudu ta’ Franza  għal Groupama, it-tnejn bi 15-il siegħa, 45 minuta u 50 sekonda b’distakk vantaġġ fuq it-Taljan Giulio Ciccone għal Lidl Trek ta’ tmien sekondi.

Il-ħames prova hija dik individwali kontra l-ħin fir-rotta ta’ Figueres fuq distanza ta’ 24.1 kilometri.