Sport

L-ewwel fazi tal-Open tal-Istati Uniti

Aktar partiti mill-ewwel fazi tal-Open tal-Istati Uniti, fi Flushing Meadows.

Ebda problema għal Jannik Sinner tal-Italja u seed numru 1 li fi tliet sets għeleb u elimina lil Vit Kopriva tar-Repubblika Ceka. Sinner wara li rebaħ l-ewwel set 6 – 1 rebaħ bl-istess punteġġ ta’ 6 – 1 it-tieni set u daqstant ieħor it-tielet set 6 – 2 biex għadda għat-tieni rawnd mingħajr problemi.

Carlos Alcaraz ta’ Spanja, seed numru 2 fil-kompetizzjoni fl-Arthur Ashe Stadium, elimina lil Reilly Opelka tal-Istati Uniti. Wara li rebaħ l-ewwel set 6 – 4 minkejja reazzjoni minn Opelka rebaħ wkoll it-tieni set 7 – 5 u eventwalment dak deciżiv 6 – 4.

Fil-kompetizzjoni tan-nisa, is-seed numru 1, Iga Swiatek tal-Polonja eliminat f’żewġ sets lil Emiliana Arango tal-Kolumbja. Swiatek iddominat l-ewwel set 6 – 1 u daqstant ieħor it-tieni set li rebħet 6 – 2.

L-attenzjoni fuq ir-ritorn ta’ Venus Williams tal-Istati Uniti fl-eta’ ta’ 45 sena. Kontra Karolina Muchova tar-Republika Ċeka, Williams wara li tilfet l-ewwel set 6 – 3 wettqet reazzjoni b’saħħitha fejn rebħet it-tieni set 6 – 2, madankolli kienet Muchova li rebħet is-set deċiżiv 6 – 1.