QARABAG FK 2-3 FERENCVAROS (5-4)
Minkejja t-telfa fit-tieni leg, Qarabag Fk għaddew għall-fażi tal-kampjonat tal-UEFA Champions League meta għelbu lil Ferencvaros bl-iskor aggregate ta’ 5-4. It-tieni leg intemm 2-3 għal Ferencvaros.
Għat-tim Ungeriż jiskorjaw Gavirel Kanichowsky, Bernabas Varga minn penalty u Alex Toth, filwaqt li għat-tim mill-Ażerbajġan jiskorjaw Leandro Andrade u Abdellah Zoubir.
BENFICA 1-0 FENERBAHCE (1-0)
It-tim ta’ Jose Mourinho mhux se jkun qed jilagħab fil-UEFA Champions League l-istaġun li ġej hekk kif tilef kontra Benfica bl-iskor aggregate ta’ 1-0. Ir-rebħa waslet fit-tieni leg meta fil-35 minuta t-tork Kerem Arkturkoglu skorja kontra t-tim Tork minn assist ta’ Barreiro.
Arkurtoglu kien jilagħab mar-rivali ta’ Fenerbahce, Galatasaray għall-erba’ snin.
CLUBB BRUGGE 6-0 RANGERS (9-1)
Club Brugge ma sabu l-ebda diffikultà jikkwalifikaw għall-fażi tal-kampjonat hekk kif għelbu lil Rangers bl-iskor komdu ta’ 6-0, bl-iskor aggregate ikun 9-1.
Gowls fit-tieni leg minn Nicolo Tresoldi, Hans Vanaken, Joaqin Seys li skorja tnejn, Aleksander Stankovic u Christos Tzolis.
FC COPENHAGEN 2-1 BASEL (3-1)
FC Copenhagen jirritornaw fil-UEFA Champions League meta għelbu liċ-champions tal-Iżvizzera Basel bl-iskor aggregate ta’ 3-1, bit-tieni leg tispiċċa 2-0 għad-Daniżi permezz ta’ Andreas Cornelius u Youseff Moukoko.
//= $special ?>