MARSAXLOKK MFF……… 17 OTTERS NIVEA……………… 11
Marsaxlokk jinsabu pass bogħod milli jirbħu l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni għat-tieni sena konsekuttiva.
Fl-ewwel parti tal-logħba, Marsaxlokk kellhom diversi okkażjonijiet li setgħu jiksbu vantaġġ kbir iżda Otters baqgħu qrib l-avversarji.
Marsaxlokk rebħu l-ewwel sessjoni 2-1. Drasko Gogov għamel l-iskor indaqs fit-tieni sessjoni u l-istess plejer naqqas l-iżvantaġġ għal 4-3. Il-gowl ta’ Ryan Galea ma’ tmiem is-sessjoni witta t-triq għar-rebħa. B’żewġ gowls Nikola Bogdanovic fil-bidu tat-tielet sessjoni kabbar il-vantaġġ għal 7-3, liema distakk kiber għal 9-4 sa nofs is-sessjoni. Max Lanzon skorja darbtejn f’anqas minn minuta u segwew gowls oħra li kabbru l-vantaġġ għal 14-4.
L-uniku konsolazzjoni għal Otters kienet li rebħu l-aħħar sessjoni biex naqqsu d-distakk finali.
Referees: Andrea Zedda, Neville Mercieca
//= $special ?>