SANĠILJAN MAA DAIKIN.. 13 NEPTUNES BEST GYMS……. 13
(San Ġiljan rebħu 4-1 bl-għoti tal-penalties)
Quddiem attendenza sabiħa, San Ġiljan rebħu l-ewwel konfront minn possibbilta ta’ tlieta fil-finali tal-playoff għar-rebħ tal-kampjonat.
Konfront li fih fil-verita ħadd ma kien ħaqqu jitlef iżda bħal dejjem kellu jkun hemm rebbieħ tal-ewwel finali. Iż-żewġ timijiet kellhom il-mumenti tagħhom, b’San Ġiljan l-aħjar tim f’nofs il-logħba filwaqt li Neptunes bdew u għalqu tajjeb. Madankollu, huma xorta ħarġu fuq in-naħa telliefa u għalhekk iridu jsibu soluzzjoni kif jistgħu jirbħu t-tieni logħba li hu l-aħħar ċans għalihom. Daqqa ta’ ħarta għalihom kienet li tilfu lill-captain Stevie Camilleri bi tliet tkeċċijiet personali wara sessjoni u nofs li ħalla effett fuq l-andament tal-logħba.
Nikolai Zammit fetaħ l-iskor għal San Ġiljan iżda Neptunes dawru r-riżultat b’gowls ta’ Alec Fenech u Sam Gialanze. Fi tliet okkażjonijiet San Ġiljan ġabu d-draw sa kemm Gergo Zalanki skorja lejn tmiem is-sessjoni u rdoppja l-vantaġġ fil-bidu tat-tieni sessjoni . Reazzjoni ta’ San Ġiljan wasslet biex irkupraw id-distakk u sa żewġ minuti minn tmiem is-sessjoni, bnew vantaġġ ta’ 8-6, fosthom doppjetta ta’ Aaron Younger.
Neptunes irritaljaw u gowls ta’ Fenech u Zalanki fl aħħar żewġ minuti tas-sessjoni għamlu l-iskor indaqs. Bi Stevie Camilleri eskluż mil-logħba, San Ġiljan ħadu vantaġġ u fetħu vantaġġ ta’ 11-8 sal-ewwel parti tat-tielet sessjoni li baqa’ sa tmiem is-sessjoni.
Neptunes naqqsu d-distakk kmieni fl-aħħar sessjoni permezz ta’ Sam Gialanze. Julian Valletta naqqas id-distakk għal gowl b’madwar tliet minuti għat-tmiem, proprju ftit sekondi wara li Jake Tanti salva penalty ta’ Zalanki. Younger reġa’ rdoppja l-vantaġġ b’żewġ minuti għat-tmiem.Madankollu immedjatament Zalanki naqqas id-distakk biex l-istess plejer ġab id-draw 45 sekonda mit-tmiem minn penalty.
Il-partita marret għal għoti tal-penalties. Nikolai Zammit skorja għal San Ġiljan u Gergo Zalanki skorja għal Neptunes. Jeremy Abela skorja għal San Ġiljan iżda l-penalty ta’ Sam Gialanze kien salvat minn Jake Tanti. Aaron Younger skorja u Tanti reġa’ salva din id-darba fuq Julian Valletta. San Ġiljan aċċertaw bir-raba’ penalty skorjat minn Jake Bonavia.
Referees: Raffaele Colombo, Ronnie Spiteri
//= $special ?>