Il-Gvern Laburista għal darb’oħra wera li huwa magna ta’ propaganda. U dan ġie irrimarkat fil-ġurnal The Malta Independent.
L-editur tal-ġurnal fakkar kif il-membru Parlamentari Nazzjonalista, Justin Schmebri kien ġie akkużat minn membri tal-Partit Laburista li ma kienx qed jaqdi l-irwol tiegħu ta’ għalliem; iżda jidher li wara din il-mossa qarrieqa u d-dikjarazzjonijiet foloz kien hemm ħsieb – sabiex jiżvijaw lill-poplu minn skandli reali.
Fil-Malta Independent intqal illi l-akkużi miġjuba kontra Justin Schembri li ma kienx qed jirrapporta għax-xogħol kienu kollha fażulli. Bil-konklużjoni tal-Kummissarju tkun waħda ċarissima; dik li ma kien hemm ebda nuqqas, l-ebda ksur fl-etika u l-ebda ġustifikazzjoni rigward l-akkużi miġjuba kontrih.
The Malta Independent għamlet referenza għall-fatt li din mhix l-ewwel darba li l-Labour uża strateġija simili – inkluż allegazzjonijiet kontra l-membri parlamentari Nazzjonalisti Toni Bezzina, Ivan Castillo u Robert Cutajar. U f’kull wieħed minn dawn il-każijiet wara investigazzjonijiet profondi ħareġ li l-allegazzjonijiet kienu foloz.
The Malta Independent qal li din hija s-soltu storja tal-Labour, li aktar milli jara l-iskandli tiegħu stess jipprova jgħatti xturu billi jagħmel akkużi foloz fuq membri parlamentari Nazzjonalisti.
Bl-editur ifakkar li fiż-żmien li seħħew dawn l-allegazzjonijiet kien hemm l-iskandlu ta’ Clayton Bartolo. Dakinhar, Bartolo kellu jirreżenja wara li l-mara tiegħu kellha xogħol fantażma fi ħdan il-Ministeru ta’ Clint Camilleri.
Il-Partit Nazzjonalista talab sabiex Robert Abela jagħmel apoloġija pubblika lill-Membri Parlamentari li r-reputazzjoni tagħhom ġie ttimbrata għalxejn. Però, Abela baqa’ fommu magħluq.
Fi tmiem l-artiklu The Malta Independent irrimarkat kif Malta ħaqqa governanza aħjar u mhux gvern li jinħeba wara kampanji ta’ akkużi foloz meta jinqabad f’xi skandlu. U huwa għalhekk li l-politika qed tibqa’ f’livell drastikament baxx.
//= $special ?>