Floriana għadhom attivi fis-suq tat-trasferimenti, fl-aħħar jiem ta’ din it-tieqa tas-sajf li tiġi fit-tmiemha fl-aħħar ta’ dan ix-xahar. Il-klabb illum ħabbar l-akkwist ta’ plejer ieħor barrani, id-difensur ċentrali ta’ 24 sena mis-Sudan t’Isfel, Gideon Akok Arok.
L-akkwist il-ġdid ta’ Floriana kien qed jilgħab l-aħħar fit-tieni livell ta’ futbol fl-Awstralja, fin-National Premier League – Victoria ma’ St Albans Saints SC. Akok Arok kien qed jilgħab regolari fl-istaġun li għadu kemm intemm, fejn lagħab 22 partita.
Akok Arok hu difensur ta’ statura, bil-paġna tal-klabb tgħid li wara l-esperjenza li dan il-plejer kiseb fil-futbol Awstraljan, fejn bena reputazzjoni ta’ plejer b’difiża solida, “Gideon Akok Arok issa qed iħares ‘il quddiem għal bidu ta’ kapitlu ġdid fil-futbol Malti ma’ Floriana.”
//= $special ?>