F’ġurnata oħra mill-Open tal-Istati Uniti, fi Flushing Meadows, fl-Arthur Ashe Stadium, mill-ewwel rawnd, ma kien hemm ebda problema għal Alexander Zverev tal-Ġermanja, seed numru 3 fil-kompetizzjoni. Kontra Alejandro Tabilo taċ-Ċile, Zverev wara li ddomina l-ewwel set 6 – 2, fit-tieni set kien hemm reazzjoni minn Tabilo li minkejja li tilef għalaq 7 – 6 sabiex l-aħħar set kien mirbuħ minn Zverev 6 – 4
F’wieħed mill-aktar konfronti interessanti mit-tieni rawnd, is-seed numru 3 Novak Djokovic tħabat aktar mill-previst biex għeleb lil Zxachary Svajda tal-Istati Uniti. Infatti kien Svajda li rebaħ l-ewwel set 7 – 6 sabiex bi Djokovic kostrett li jwettaq reazzjoni, rebaħ it-tieni u tielet set bil-punteġġ identiku ta’ 6 – 3 ; 6 – 3 u għalaq il-partita bir-raba’ set li rebaħ 6 – 1 biex għadda għar-rawnd li jmiss.
Fil-kompetizzjoni tan-nisa, għaddiet bla problemi mit-tieni rawnd Emma Raducanu tar-Renju Unit li fil-Louis Armstrong Stadium kontra Janice Tjen tal-Polonja, wara li rebħet l-ewwel set 6 – 2, iddominat għal kollox it-tieni wieħed li rebħet 6 – 1.
Għaddiet ukoll għat-tieni rawnd is-seed numru 23 Naomi Osaka tal-Ġappun wara li għelbet lil Greet Minnen tal-Belġju. Wara li Osaka rebħet l-ewwel set b’mod konvincenti ta’ 6 – 3 minkejja li fit-tieni set Minnen kienet aktar fil-partita, Osaka għalqet 6 – 4 sabiex għaddiet għat tieni rawnd tal-kompetizzjoni.
//= $special ?>