Sport

Ġurnata oħra tat-Tour ta’ Spanja

Il-ħames ġurnata tat-80 edizzjoni tat-Tour ta’ Spanja, La Vuelta kienet il-prova kontra l-ħin għat-timijiet fuq distanza ta’ 24.1 kilometri fir-rotta ta’ Figueres.

Fl-ewwel post UAE Team Emirates f’25 minuta u 26 sekonda. Fit-tieni post b’distakk ta’ 8 sekondi Team Visma League a Bike qabel Lidl Trek b’distakk ta’ 9 sekondi, Red Bull Bora Hansgrohe b’distakk ta’ 12-il sekonda u Ineos Grandiers b’16 il-sekonda distakk. B’kollox hemm 23 tim fl-edizzjoni ta’ din is-sena.

Fil-klassifika ġenerali meta saru 707.6 kilometri, baqa’ fl-ewwel post Jonas Vingegaard tad-Danimarka għal Team Visma Lease a Bike b’ total ta’ 16-il siegħa 11-il minuta u 24 sekonda b’distakk vantaġġ ta’ tmien sekondi fuq Juan Ayuso ta’ Spanja, Joao Almeida tal-Portugall u Marc Soler ta’ Spanja fit-tlieta li huma ta’ UAE Team Emirates.

Is-sitt prova ta’ La Vuelta hija fuq distanza ta’ 170.3 kilometri minn Olot sa Pal Andorra.