Futbol Sport

Ħamrun Spartans jiktbu l-istorja, l-ewwel tim Malti li se jilgħab fil-fażi prinċipali ta’ kompetizzjoni Ewropea

(Ritratt: Joseph Galea)

RFS…………………………………..2 (2)

Ħamrun Spartans…………..2 (3)

RFS: M. Maric, R. Savalnieks, A. Filipovic, Z. Lipuscek, P. Mares, S. Panic, D. Zelenkovs, M. Gaye (B. Diedhiou 75′), J. Ikaunieks, T. Wouter (M. Kigurs 55′), I. Diomande (D. Lemajic 63′)

Ħamrun S.: H. Bonello, R. Camenzuli, O. Bjelicic, E. Marcelina, R. Compri, D. Simkus (A. Coric 65′), Ederson (M. Garcia 73′), V. Polito, J. Mbong, S. Thioune (M. El Fanis 82′), N. Koffi

Referee: Horațiu Feșnic

Assistenti referees: V. Avram, A. Cerei

Ħamrun Spartans kitbu l-istroja fil-Latvja meta saru l-ewwel tim Malti li rnexxielu jagħmilha għall-fażi prinċipali ta’ kompetizzjoni Ewropea. Ħamrun avvanzaw għal-‘League Phase’ tal-UEFA Confernece League meta fit-tieni leg tal-play-offs temmew fi draw ta’ 2-2 kontra RFS biex b’hekk kwalifikaw b’aggregate ta’ 3-2.

Ħamrun fetħu l-iskor wara 12-il minuta permezz ta’ Saliou Thioune. RFS iżda ġabu d-draw fis-17-il minuta permezz ta’ penalty ta’ Stefan Panic. Il-gowl li aċċerta minn kwalifikazzjoni għal Ħamrun Spartans wasal fis-67 minuta u kien skorjat minn Vincenzo Polito.

Għal din il-partita attendew bosta partitarji Maltin li telgħu biex isegwu l-istorja sseħħ fil-Latvja.