Lokali Sport

ILLEJLA: Għajnejn id-dilettanti tal-futbol lokali fuq Ħamrun Spartans

Illum huwa jum storiku għall-futbol Malti hekk kif Ħamrun Spartans għandhom ċans jiktbu l-istorja, u jsiru l-ewwel club minn pajjiżna li jgħaddi għal-League Stage ta’ kompetizzjoni Ewropea.

L-avversarji ta’ Ħamrun huma l-club ta’ RFS mil-Latvija.

F’pajjiżna, it-tim Malti diġà rebaħ bl-iskor ta’ 1-0. Bil-ħolma tal-Conference League għadha ħajja – tant li issa, fil-belt ta’ Riga, l-Ispartans jistgħu jiktbu l-istorja.

Il-logħba se tintalgħab fl-LNK Sporta Park, u tibda fis-7pm.