Futbol Sport

Irvin Cardona u Jake Brimmer jaċċettaw is-sejħa tat-tim nazzjonali Malti

(Ritratt: MFA)

Il-plejers ta’ dixxidenza Maltija Irvin Cardona u Jake Brimmer li jilagħbu fi Franza u l-Awstralja rispettivament aċċettaw is-sejħa tat-tim nazzjonali Malti biex fil-partiti tax-xahar id-dieħel jilagħbu għal Malta.

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Emilio De Leo sejjaħ skwadra proviżorja għall-partita ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja li Malta se tilgħab kontra l-Litwanja nhar il-Ħamis u l-partita ta’ ħbiberija kontra San Marino li Malta se tilgħab fid-9 Settembru.

Irvin Cardona li jilgħab ma’ St Etienne fi Franza aċċetta li jilgħab għat-tim Malti wara numru ta’ tentattivi mill-MFA. Minn naħa l-oħra Jake Brimmer li jilgħab ma’ Auckland FC u fil-passat fost l-oħrajn lagħab ma’ Liverpool ukoll se jkun qed jiddebutta mat-tim Malti.

De Leo għażel ukoll li jsejjaħ plejer żagħżagħ Maltin li s’issa mpressjonaw fil-Yo Health Malta Premier. Fost dawk imsejħa hemm il-plejer ta’ 19-il sena ta’ Żabbar SP Kean Scicluna. Jirritorna mat-tim nazzjonali Yannick Yankam li dan l-istaġun qed jilgħab ma’ Valletta u Ilya Chouaref li fl-aħħar impenn internazzjonali kien sospiż.

Żewġ nuqqasijiet importanti mill-iskwadra ta’ De Leo huma l-plejers Teddy Teuma u James Carragher li t-tnejn li huma jinsabu barra minħabba injury.

L-iskwadra msejħa:

Goalkeepers: Henry Bonello (Ħamrun Spartans FC), Rashed Al Tumi (Sliema Wanderers FC), James Sissons (Chesterfield FC ).

Difensuri: Zach Muscat (Chaves FC), Juan Carlos Corbalan (Marsaxlokk FC), Kurt Shaw (Sorrento FC), Enrico Pepe (Marsaxlokk FC), Jean Borg (Sliema Wanderers FC), Gabriel Mentz (Gżira United FC), Kean Scicluna (Żabbar St Patrick FC), Ryan Camenzuli (Ħamrun Spartans FC), Myles Beerman (Sliema Wanderers FC).

Midfielders: Matthew Guillaumier (Panserraikos FC), Brandon Diego Paiber (Valletta FC), Alexander Satariano (Athens Kallithea FC), Jake Azzopardi (Valletta FC), Jake Grech (Floriana FC), Yannick Yankam (Valletta FC), Jake Brimmer (Auckland FC), Adam Magri Overend (Sliema Wanderers FC).

Attakkanti: Joseph E. Mbong (Ħamrun Spartans FC), Jodi Jones (Notts County FC), Paul Mbong (FK Čukarički), Ilyas Chouaref (Sion FC), Irvin Cardona (AS Saint-Étienne), Kyrian Nwoko (Sliema Wanderers FC), Keyon Ewurum (Valletta FC), Kemar Reid (Birkirkara FC).