Is-Sirja akkużat lil Iżrael dwar ‘abbuż tal-liġi internazzjonali’ wara li sitt suldati Sirjani nqatlu waqt attakk bid-drones….L-attakk mill-qawwiet Iżraeljani kien indirizzat għall-inħawi ta’ Damasku u li qed jingħad li kien ‘wieħed biss’ minn sensiela ta’ azzjonijiet simili (tal-Iżraeljani) matul il-ġimgħa.
Il-messaġġ mis-Sirjani kien li l-attakki qed ikunu wkoll indirizzati kontra s-sovranità ta’ pajjiżhom – bil-qawwiet tal-ajru Iżraeljani anki jwettqu airborne landing f’sit li darba kien jintuża bħala bażi mill-militar tas-Sirja. Mhux magħruf kemm damet il-‘preżenza Iżraeljana’ – b’Iżrael ma jikkummentax dwar l-azzjoni.
Intant, il-Ministru Iżraeljan għad-Difiża, Israel Katz, bagħat messaġġ fuq il-media soċjali fejn qal li l-qawwiet ta’ pajjiżu jinsabu attivi ‘qalb iz-zoni kollha għall-kumbattimenti fil-Lvant Nofsani’ u li ‘dan qed isir għas-sigurtà tla-poplu Iżraeljan’.
Hu minnu li l-qawwiet Iżraeljani wettqu l-għexieren tal-attakki madwar is-Sirja mindu, f’Diċembru, ikkrolla r-reġim tal-eks-President Sirjan, Bashar al-Assad. Illum,f’ Damasku, qed imexxi Gvern Iżlamiku li twaqqaf mill-eks-ribelli ta’ kontra Assad – bl-Iżraeljani, din is-sena, jwettqu kważi 100 attakk (il-maġġoranza tagħhom mill-ajru) fuq it-territorji tas-Sirjani.
Fl-aħħar sigħat, il-qawwiet tal-ajru Iżraeljani anki attakkaw inħawi viċin ta’ Damasku fejn il-President Sirjan proviżorju, Ahmed al-Sharaa, kien qed jattendi għal fiera internazzjonali.
//= $special ?>