Futbol Sport

Jittellgħu l-poloz tal-UEFA Champions League

(Ritratti: EPA)

Il-Ħamis filgħaxija ttellgħu l-poloz tal-UEFA Champions League għal dik il-fażi li qed tissejaħ bħala l-‘League Phase’.

B’kollox se jkunu qed jieħdu sehem 36 tim fejn kull tim se jilgħab tmien partiti, erbgħa home u erbgħa away. B’kollox jgħaddu sittax-il tim għall-fażi li jmiss, l-ewwel tmienja jgħaddu awtomatikament, t-tmien timijiet li jmiss jilagħbu play-off bejniethom sabiex ikunu determinati t-tmien timijiet li se jagħmluha għall-fażi li jmiss. It-timijiet li jtemmu mill-25 post l’isfel ikunu awtomatikament eliminati.

L-ewwel partiti se jintlagħbu t-Tlieta 16 ta’ Settembru bl-aħħar partita tal-grupp tintlagħab fit-28 ta’ Jannar.

Jispikkaw il-partiti bejn Liverpool u Real Madrid, Arsenal u Bayern Munich u Chelsea u Barcelona.