Konfermata mit-Times l-aħbar li kien ħareġ is-sit NetNews.com.mt ftit tal-ġimgħat ilu – Neville Gafà, irritorna b’kariga mal-Gvern.
Dan hekk kif fix-xhur sħan tas-sajf, wara ħames snin jaħdem f’isem il-Partit Laburista mingħajr ebda kariga uffiċjali, huwa irritorna b’xogħol mal-Gvern, b’uffiċċju fix-Xewkija u b’desk f’Kastilja.
Net News kien żvela li Gafà ddaħħal bħala Customer Care Coordinator u se jkun qed jirrapporta lis-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, Andy Ellul. Għalkemm sorsi miċ-Ċentru Nazzjonali qalulna li Gafà ma jirrapporta lil ħadd u jmexxi kif irid – għaliex ħadd ma jista’ għalih!
Gafà ġie impjegat fuq bażi full-time. U skont ir-regolamenti tal-Gvern imniżżlin fil-manwal dwar ir-Riżorsi, is-salarju massimu annwali ta’ koordinatur huwa ta’ €33,694 taħt is-seba’ skala tal-Gvern, b’paga jew allowance addizzjonali ta’ 25%, li tammonta għal total ta’ €42,117.
Kollox jindika li Neville Gafà qed imexxi aġenda li hija meqjusa kruċjali għall-klikka estremista tal-Labour. Bir-raġuni, ewlenija wara din il-mossa tkun marbuta man-nuqqas ta’ ħeġġa li qed jaraw miċ-Ċentru Nazzjonali fil-mod kif qed jaħdmu ċertu Ministri Laburisti – tant li issa tefgħu lil Gafà biex isus fuqhom.
Fi kliem sempliċi, Jason Micallef poġġew Pulizija fuq il-Manifest, filwaqt li lil Gafà poġġewh għassa fuq l-operat tas-Segretarjati u l-Ministeri.
//= $special ?>