Investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija rigward rapporti relatati ma’ serq ta’ tliet muturi, wasslu għall-arrest ta’ raġel ta’ 56 sena residenti Bormla li allegatament wettaq dawn is-serqiet.
Il-ġimgħa l-oħra, il-Pulizija rċeviet rapporti ta’ tliet muturi misruqin fl-istess ġurnata, fejn żewġ muturi ġew misruqa minn Tal-Pietà, filwaqt li mutur ieħor ġie misruq minn Ħaż-Żabbar. Il-muturi nstabu ftit tal-ġranet wara f’Bormla, fejn l-investigazzjonijiet tal-Pulizija wasslu wkoll biex jiġi identifikat is-suspettat ħalliel, li sussegwentement ġie arrestat l-Erbgħa.
Huwa se jitressaq il-Qorti l-Ħamis għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco.
//= $special ?>