Tim mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Weightlifting ikkompeta fit-Trophy of the Blue Swords f’Meissen, il-Ġermanja. Tournament storiku, b’format uniku, fejn weightlifters rġiel u nisa jikkompetu direttament kontra xulxin.
L-ewwel li refgħet kienet Roberta Tabone. Wara bidu dgħajjef, irnexxielha terfa’ 85kg fis-Snatch. Fil-Clean & Jerk dehret ħafna aktar b’saħħitha, fejn refgħet 107kg u mbagħad 111kg, li kien rekord personali tagħha. Fit-tielet tentattiv refgħet 115kg biex kisret ir-rekord nazzjonali.
Rylee Borg, fetaħ b’120kg fis-Snatch, tela’ għal 124kg, iżda tilef 127kg. Fil-Clean & Jerk, kien f’forma aktar b’saħħitha, beda b’155kg u wara refa’ 161kg, biex għamel rekord nazzjonali ġdid. Fl-aħħar tentattiv tiegħu, mar għal 165kg iżda tilef il-Jerk.
Tenishia Thornton fetħet is-Snatch b’saħħa b’87kg. Hija falliet it-tieni tentattiv tagħha b’90kg iżda rkuprat biex assiguratu fit-tielet tentattiv. Fil-Clean & Jerk, bdiet b’108kg, u wara 112kg b’suċċess iżda ma rnexxilhiex fil-115kg fl-aħħar refgħa.
L-aqwa riżultat għal Malta kien ta’ Tenishia Thornton, bid-9 post fil-klassifika finali. Keyrodmar mill-Venezwela, rebbieħa tal-midalja tal-fidda Olimpika rebħet il-kompetizzjoni.
Din il-kompetizzjoni kienet importanti għat-tim Malti, li issa qed ikompli bit-tħejjijiet għall- Kampjonati tad-Dinja li għandhom isiru fin-Norveġja fi tmiem Settembru.
//= $special ?>