Għawdex Lokali

Xufier u passiġġiera jispiċċaw l-isptar wara ħabta fix-Xewkija

Xufier ta’ cab u l-passiġġiera li kellu miegħu spiċċaw l-isptar wara inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ fix-Xewkija.

Fil-ħabta kien involut sewwieq ta’ vann mis-Sirja li jidher li baqa’ dieħel f’cab li kienet misjuqa minn raġel mill-Ghana. Fil-cab kien hemm ukoll tfajla Pollakka ta’ 17-il sena li tgħix ix-Xagħra.

Fil-post waslu Pulizija u ambulanza li assistew lill-persuni involuti fl-inċident.

Ix-xufier tal-cab u t-tfajla Pollakka ttieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn ingħataw l-assistenza medika.

Il-Pulizija qed jinvestigaw il-każ.