Sport

Ebda problema għal Sinner u Alcaraz fl-Open tal-Istati Uniti

F’ġurnata oħra mill-Open tal-Istati Uniti, fl-Arthur Ashe Stadium, fi Flushing Meadows, dominju assolut mis-seed numru 2 Carlos Alcaraz ta’ Spanja li fil-konfront kontra Mattia Bellucci tal-Italja ma kellu ebda problema biex jgħaddi mit-tieni rawnd. Rebaħ l-ewwel set 6 – 1, iddomina għal kollox bla risposta t-tieni set 6 – 0 u daqstant ieħor it-tielet set li rebaħ 6 – 3 .

Ebda problema wkoll għas-seed numru 1 Jannik Sinner tal-Italja fil-konfront kontra Alexei Popyrin tal-Awstralja. Wara li Sinner rebaħ l-ewwel set 6 – 3 u ebda risposta minn Popyrin, bit-Taljan jirbaħ u jiddomina t-tieni set 6 – 2 sabiex bl-istess punteġġ għalaq is-set deciżiv 6 – 2 u post fir-rawnd li jmiss tal-kompetizzjoni.

Fil-Grandstand, Andrey Rublev, seed numru 15 fil-kompetizzjoni tħabat aktar milli kien mistenni biex elimina lil Tristan Boyer tal-Istati Uniti. Wara li rebaħ l-ewwel żewġ sets bil-punteġġ identiku ta’ 6 – 3 ; 6 – 3 minn partita mirbuħa, waslet ir-reazzjoni minn Boyer li rebaħ it-tielet set 7 – 5, baqa’ fuq l-istess ritmu fir-raba’ set bl-esperjenza ta’ Rublev kienet fattur importanti fejn rebaħ 7 –

Fil-kompetizzjoni tan-nisa għaddiet ukoll mit-tieni rawnd is-seed numru 1 Aryna Sabalenka li għelbet f’żewġ sets lil Polina Kudermetova. L-ewwel set kien għal kollox ibbilanċjat li iżda Sabalenka għalqet 7 – 6 sabiex wara ddominat it-tieni set deċiżiv 6 – 2 u post fir-rawnd li jmiss.