Il-kumpanija Carlo Gavazzi kkonfermat li se twaqqaf l-operazzjonijiet tagħha f’Malta sabiex tikkonsolida l-oprerazzjonijiet tagħha fuq il-livelli globali.
Kelliem għal kumpanija spjega li wara taħlita ta’ sfidi fl-aħħar sena, inkluż pressjonijiet fuq id-dħul tas-sena wara oħra – kawża wkoll fost oħrajn ta’ spejjeż globali li qed jiżdiedu.
Il-kumpanija irringrazzjat lill-ħaddiema lokali tagħha u assigurat li tinsab impenjata sabiex tiżgura li dan il-proċess ikun wieħed trasparenti u jsir b’mod rispettuż.
Il-kumpanija spjegat ukoll li lesta toffri sostenn lill-impjegati fost oħrajn b’inċentivi finanzjarji u opportunitajiet ma’ entitajiet relatati.
//= $special ?>