Lokali

L-Inkjesta turi kif Mirabelle Falzon mietet kaġun tal-burokrazija tal-Gvern

Mill-inkjesta maġisterjali b’rabta mal-mewta taġika ta’ Mirabelle Falzon ħareġ ċar illi dan il-każ kien riżultat tal-burokrazija fi ħdan l-entitajiet tal-Gvern.

Mirabelle Falzon mietet fid-19 ta’ Lulju tal-2024 meta intlaqtet minn ġebel li waqat fiz-zona tal-Munxar, fil-limiti tal-Bajja ta’ San Tumas. Dan il-ġebel waqa’ mill-fdalijiet ta’ batterija militari tas-seklu 18, magħrufa bħala ta’ Riħama.