Il-midfielder internazzjonali Malti ta’ taħt is-16-il sena, Caden Tanti llum kien fost il-protagonisti ta’ Genoa fl-ewwel rebħa tal-istaġun li i Rossoblù rrnexxilhom jiksbu fil-Kampjonat Taljan ta’ taħt is-17-il sena, Grupp A, kontra Virtus Entella.
L-eks plejer ta’ St Andrews, kien wieħed mill-iskorers ta’ Genoa f’rebħa ta’ 4-1.
Tanti skorja t-tieni gowl ta’ Genoa fis-17-il minuta, bil-gowl tiegħu kompla jwitti t-triq għal rebħa ta’ 4-1 kontra Virtus Entella. Il-midfielder Malti, ikkonkludu b’xutt fil-baxx minn barra ‘l kaxxa, bil-gowlkiper avversarju jonqos milli jżomm.
//= $special ?>