Iċ-Ċina u l-Indja ddeċidew biex iwarrbu l-passat karatterizzat mill-antagoniżmu u jaħdmu aktar mill-qrib ma’ xulxin wara daqstant snin ta’ tensjoni.
Dan meta l-President taċ-Ċina, Xi Jinping u l-Prim Minitru Indjan, Narendra Modi, iltaqgħu wara l-kwinti tal-laqgħa ta’ Shanghai Cooperation Organisation fil-belt tal-port ta’ TianjinLaqgħa sinifikattiva li kienet ukoll irrelatata mal-ewwel żjara ta’ Modi fiċ-Ċina għal dawn l-aħħar seba’ snin.
Xi Jinping informa lil Modi li ċ-Ċina u l-Indja għandhom ikunu sieħba u mhux rivali, waqt li Modi sostna li llum qed tiżviluppa klima ta’ paċi u prosperità bejn iż-żewġ pajjiżi.
Il-President tar-Russja, Vladimir Putin, ukoll attenda għas-summit ta’ Shangai fejn kien hemm preżenti ‘il fuq minn 20 mexxejja ta’ pajjiżi minn madwar id-dinja.
Is-summit, intant, kien qed isir taħt id-dell tal-kwistjonijiet kummerċjali tal-pajjiżi mal-Istati Uniti u wara li l-Gvern tal-President Amerikan. Donald Trump, impona t-tariffi iebsa għall-prodotti mill-Indja…Tariffi relatati max-xiri kontinwu taż-żejt li tipproduċi r-Russja mill-Gvern ta’ New Delhi,
//= $special ?>