ĦAMRUN SPARTANS…………1
VALLETTA……………………………1
Ħamrun Spartans: H.Bonello, R.Compri, D.Letherby (D.Simkus 81’), M.Garcia, J.Mbong (S.Xerri 46’), V.Polito, A.Coric, M.Hadzi (S.Attard 62’), E.Marcellina (S.Thioune 46’), R.Camenzuli, S.Meijer (N.Koffi 62’)
Valletta: A.dos Santos, S.Borg, B.Paiber (R.Muscat 86’), Y.Yankam (J.Azzopardi 70’), S.Brewer JR, N.Micallef, Y.Messias (A.Zammit 78’), S.Radic, T.Aldama, J.De Assis, J.Mendoza
Referee: Matthew De Gabriele
Ħamrun Spartans u Valletta t-tnejn fallew milli jieħdu l-ewwel rebħa fil-kampjonat YoHealth Malta Premier, hekk kif l-iskor finali kien 1-1. Dan kien it-tieni draw konsekuttiv għal Ħamrun u Valletta.
Qabel il-partita, il-President tal-MFA, Bjorn Vassallo ppreżenta trofew kommemorattiv lill-President ta’ Ħamrun Spartans Joseph Portelli għar-rebħ tal-Kampjonat Malta Premier tal-istaġun li għadda.

Ritratt: MFA
Il-Beltin ħadu l-vantaġġ l-ewwel fil-partita hekk kif fit-12-il minuta Yuri De Jesus Messias xeħet ġewwa. Il-Ħamruniżi rnexxielhom jillivelaw l-iskor permezz ta’ Merlin Hadzi.

Ħamrun Spartans għamlu l-iskor indaqs fl-34 minuta (Ritratt: Joseph Galea)
Fl-aħħar sekondi tal-partita Valletta viċin li jieħdu l-vantaġġ permezz ta’ Radic mill-viċin pero Henry Bonello jsalva minn ftit metri’ l bogħod.

Valletta fetħu l-iskor wara 12-il minuta (Ritratt: Joseph Galea)
//= $special ?>