Futbol Sport

Inter megħluba f’darhom minn Udinese

(Ritratt: EPA)

Wara l-bidu pożittiv ta’ Inter fl-ewwel partita kontra Torino li rebħu 5-0, Inter fallew milli jegħlbu lil Udinese fil-Giuseppe Meazza hekk kif il-Bianconeri ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1.

Inter fetħu l-iskor l-ewwel bla ebda problemi meta d-difensur laterali Denzel Dumfries xeħet ġewwa mill-viċin wara 17-il minuta.

L-attakkant Ingliż Kienan Davis ikkonverta l-penalty tiegħu fid-29 minuta biex għamel l-iskor indaqs għal Udinese, qabel Arthur Atta skorja dak li eventwalment kellu jkun il-gowl tar-rebħa fl-40 minuta.

Inter ħasbu li ġabu l-iskor indaqs fis-56 minuta permezz ta’ Federico Dimarco pero l-gowl tħassar wara konsultazzjoni tar-referee Matteo Marchetti mal-VAR minħabba Marcus Thuram li pprovda l-assist u kien f’pożizzjoni rregolari.

Fil-partita l-oħra, Lazio kisbu rebħa stupenda ta’ 4-0 fuq Hellas Verona. Il-gowls fl-ewwel taqsima waslu minn Matteo Guendouzi, Mattia Zaccagni u Valentin Castellanos, qabel Boulaye Dia kompla jżid mal-iskor tard fit-tieni taqsima.