Iċ-ċhampions attwali tad-Dinja, it-tim tal-Malta Juniors beda l-Kampjonati Dinji bl-aħjar mod hekk kif rebħu l-ewwel erba’ partiti tal-ewwel ġurnata. Huma għelbu lill-Afrika t’Isfel B 6-3, lill-Irlanda ta’ Fuq A u l-Iskożja A bl-iskor ta’ 7-2 u lil New Zealend B 8-1.
L-avvenimenti tal-Masters ukoll ntlagħbu fil-weekend, Chris Zaffarese, Ryan Pisani u Johan Attard kollha għaddew għall-fażi tal-aħħar 32. Intant, Antoine Aquilina, Manuel Mallia, Kevin Mercieca, Ivan Rizzo u Frans Abdilla għaddew għall-aħħar 32 tal-kategorija ta’ ikbar minn 50 sena.
//= $special ?>