Futbol Sport

Juventus jegħlbu lil Genoa b’gowl ta’ Dusan Vlahovic

(Ritratt: EPA)

Juventus kisbu rebħa minima imma kruċjali biex ikomplu l-istaġun pożittiv tagħhom meta għelbu lil Genoa 1-0 fi Stadio Luigi Ferraris.

Il-gowl tar-rebħa jasal mis-sostitut Serb Dusan Vlahovic fit-73 minuta b’daqqa ta’ ras tajba.

Il-partita l-oħra li bdiet fis-6:30pm bejn Torino u Fiorentina ntemmet 0-0.