Is-sewwieqa tal-McLaren kellhom żewġ tlielaq kompletament differenti. Is-sewwieq Ingliż Lando Norris kellu jirtira mit-tellieqa wara li kellu problemi fil-magna, filwaqt li s-sewwieq Awstraljan Oscar Piastri daħal fl-ewwel post bla ebda diffikultà.
Din hija s-seba’ rebħa f’13-il tellieqa għal Piastri, fejn estenda l-mixja lejn il-kampjonat b’vantaġġ ta’ 34 punt.
Max Verstappen jirritorna fuq il-podju hekk kif daħal fit-tieni post, segwit minn Isack Hadjar ta’ RB.
George Russell ta’ Mercedes jitħol fir-raba’ post, segwit minn Alex Albon ta’ Williams.
Oliver Bearman ta’ Haas fis-sitt post, filwaqt li Lance Stroll daħal fil-Aston Martin.
Fernando Alonso tal-istess Martin daħal fit-tmien post, segwit minn Yuki Tsunoda.
Esteban Ocon ta’ Haas kien l-aħħar wieħed li daħal mal-aħħar għaxra.
Lando Norris ta’ McLaren, Charles Leclerc ta’ Ferrari u Lewis Hamilton ta’ Ferrari kienu s-sewwieqa li ma temmewx it-tellieqa.
//= $special ?>