Il-Ġimgħa ngħata bidu għall-kompetizzjoni l-ġdida li qed torganizza l-MFA għall-125 sena anniversarju tal-Assoċjazzjoni.
L-ewwel partita li ntlagħbet kienet dik bejn il-Malta Employees Sports Association (MESA) u l-Malta Veterens National Team, bl-iskor finali jkun 2-1 għall-Veterani. Il-partita ntlagħbet fis-Centenary Stadium.
Il-MESA ħadu l-vantaġġ permezz ta’ Ibarra Crusso Jean Carlos fis-77 minuta, qabel l-attakkant prolifiku Jean Pierre Mifsud Triganza xeħet ġewwa darbtejn, bl-ewwel gowl jasal żewġ minuti wara l-gowl ta’ MESA. It-tieni gowl jasal fis-87 minuta.
Is-Sibt intlagħbu iżjed partiti hekk kif it-tim magħmul mill-aħjar plejers tal-SWAN league lagħbu kontra t-tim magħmul minn l-aqwa plejers tal-GIDA. It-tim tal-SWAN għeleb lit-tim tal-GIDA 7-1.
Għat-tim tal-SWAN skorjaw Auwi Abba li skorja 5 gowls minn 7, kif ukoll Andrea Borg u Jean Christ Buttigieg.
Luke Mifsud skorja gowl ta’ konsolazzjoni fis-87 minuta.
It-tim tal-MAFA għeleb lil Masters Football Malta bl-iskor ta’ 3-1.
MAFA skorjaw il-gowls tagħhom permezz ta’ Andrew Tortell, u dopjetta ta’ Timothy Zammit Lupi, filwaqt li MFM skorjaw permezz tal-penalty ta’ Firas Aboulezz.
Il-Ħadd ien hemm żewġ partiti oħra, hawnhekk fejn daħlu t-timijiet mill-Amatuer League 1 u 2.
Mqabba għelbu lil St.George’s 1-0, il-gowl kien skorjat minn Matthew Borg fl-74 minuta.
Intant, Dingli Swallows għelbu lil Għargħur 3-1. Gowls ta’ Dingli waslu minn dopjetta ta’ Juan Camilo Tenorio Viveros u gowl ta’ Andre Sammut, filwaqt li Għargħur skorjaw permezz ta’ John Rodriguez.
//= $special ?>