Lokali

“Dalwaqt se naslu fi stat fejn ma jkun hemm ħadd min iżommna infurmati”

Illum, il-ġurnal In-Nazzjon ingħaqad ma’ diversi ġurnalisti madwar id-dinja kollha f’inizjattiva sabiex jinħoloq għarfien dwar l-attakki li qed isiru fuq il-ġurnalisti f’Gaza. Tant li kien hemm diversi membri tal-midja li fl-aħħar jiem sfaw maqtula waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

F’din l-inizjattiva ipparteċipaw tliet ġurnali lokali.

Fil-faċċatta, b’lewn iswed, il-gazzetti rrappurtaw li bl-ammont ta’ ġurnalisti li qed jinqatlu f’Gaza, dalwaqt li se naslu fi stat fejn ma jkun hemm ħadd li jżommna infurmati.