Fi Flushing Meadows beda jintemm ir-rawnd tal-aħħar 16 tal-US Open. Fl-Arthur Ashe Stadium ebda problema għas-seed numru 7 l-veteran Novak Djokovic tas-Serbia li fi tliet sets għeleb lil Jean Lennard Struff tal-Germanja. Wara li rebaħ l-ewwel żewġ sets bl-iskor identiku ta’ 6 – 3; 6 – 3, Novak Djokovic għalaq l-aħħar set 6 – 2.
Fil-Louis Armstrong Stadium, is-seed numru 4, Taylor Fritz tal-Istati Uniti għeleb fi tliet sets lis-seed numru 21 Tomas Machac tar-Repubblika Ċeka. L-istess Machac żamm il-punteġġ ristrett 6 – 4 fl-ewwel set iżda kien dominat għal kollox minn Taylor Fritz li rebaħ is-sets ta’ wara 6 – 3; 6 – 3.
Fil-kompetizzjoni tan-nisa ebda problema għas-seed numru 4 Jessica Pegula tal-Istati Uniti li fl-Arthur Ashe Stadium għelbet u eliminat li Ann Li tal-Istati Uniti. Ebda oppożizzjoni denja minn Ann Li fejn wara li tilfet l-ewwel set 6 – 1 għalqet ukoll it-tieni set 6 – 2 u post mal-aħħar 16.
//= $special ?>