Fl-ewwel post daħal Jonas Vingegaard tad-Danimarka għal Team Visma Lease a Bike f’4 sigħat, 32 minuta u 10 sekondi b’distakk vantaġġ ta’ 24 sekonda fuq il-Britanniku Tom Pidcock għal Q36.5 Pro Cyclcing Team u bl-istess distakk fuq il-Portugiż Joao Almeida għal UAE Team Emirates.
Fil-klassifika ġenerali, wara disa’ provi fl-ewwel post baqa’ Torstein Traeen tan-Norveġja għal Bahrain Victorious b’total ta’ 33 siegħa, 35 minuta u 46 sekonda li huwa vantaġġ ta’ 37 sekonda fuq Jonas Vingegaard, minuta 1 u 15-il sekonda fuq Joao Almeida u minuta u 35 sekonda fuq Tom Pidcock.
It-Tour ta’ Spanja jitkompla bl-għaxar prova fuq medda ta’ 175.3 km minn Parque de la Naturaleza Senda Viva sa El Ferial Larra Belagua.
//= $special ?>