Il-Ministru Michael Falzon ma jridx jiskuża ruħu f’isem il-Gvern li jagħmel parti minnu, dwar l-eżitu xokkanti tal-Inkjesta Maġisterjali dwar il-mewta traġika ta’ Mirabelle Falzon.
Dan hekk kif tul il-jum tas-Sibt tħabbar li ġiet konkluża l-inkjesta Maġisterjali dwar din it-traġedja – inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Antoine Agius Bonnici li kkonkludiet li minkejja l-fatt li saru għadd ta’ rapporti mill-Kunsilli okali, NGOs u ċittadini privati… dawn ir-rapporti intilfu fil-burokrazija u l-awtoritajiet tal-Gvern. Bil-konsegwenza li Mirabelle Falzon, tfajla ta’ 22 sena li tilfet ħajjitha waqt li kienet qed tgħum.
L-inkjesta kkonludiet fi kliem sempliċi li b’negliġenza tal-Gvern – ma sarx ix-xogħol meħtieġ fuq il-batterija ta’ Riħama. U eventwalment waqa’ l-ġebel li sfortunatament wassal għall-mewt ta’ Mirabelle Falzon.
Iżda, minkejja din il-konklużjoni iebsa, il-Ministru Michael Falzon, surrealment għażel li jattakka lil Net News u jdaħħal il-partiġjaniżmu fit-tweġiba tiegħu – liema Ministru spiċċa mifni f’battibekk ma’ dan l-istazzjon minflok sempliċiment skuża ruħu mal-familja; li ħajjithom inbiddlet għal dejjem.
F’konferenza tal-aħbarijiet li saret is-Sibt li għadda, omm u missier it-tfajla, flimkien mal-avukat tal-familja Condrad Borg Manche, insistew li ma nistgħux nibqgħu ngħixu f’pajjiż b’attitudni qisu xejn mhu xejn – bħalma’ rajna f’każijiet oħra simili bħal dak ta’ Jean Paul Sofia fost l-oħrajn; Gvern insensittiv li jibqa’ ma jiskużax ruħu.
//= $special ?>