Nhar is-Sibt li ġej, Net TV u Net FM, flimkien mas-sit NetNews.com.mt se jżommukom aġġornati dwar il-proċess kollu marbut mal-votazzjoni għall-Kap il-ġdid tal-PN.
Il-votazzjoni tiftaħ fid-9am, u f’Malta se tibqa’ miftuħa sas-7pm. Dan filwaqt li f’Ta’ Sannat il-votazzjoni tagħlaq fil-5pm.
Net News se jkun qed iwassal servizz speċjali tal-aħbarijiet fis-7pm, fejn se jitwasslu filmati li juru l-għeluq tal-proċess tal-votazzjoni u l-wasla tal-kaxxi – kemm dawk t’Għawdex, kif ukoll mill-każini tal-PN f’Ħal Tarxien, Ħal Safi u l-Imġarr.
Eżatt wara l-aħbarijiet, ix-xandira se tkompli bis-sehem ta’ diversi mistiedna fl-istudios ta’ Net TV u kollegamenti mas-sala tad-Dar Ċentrali tal-PN. Bir-riżultat jitħabbar LIVE waqt din l-istess xandira.
Intant, illejla, Net TV u Net FM se jwasslu l-aħħar dibattitu f’din il-kampanja għat-tmexxija tal-PN – dibattitu bejn iż-żewġ kandidati, Alex Borg u Adrian Delia. Dan wara li huma kienu diġa’ ipparteċipaw f’dibattitu ieħor ftit tal-jiem ilu.
Dakinhar, kienu 90,000 il-persuni li segwew id-dibattitu.
Ix-xandira din id-darba se tibda fit-8:30pm, u se tkun qed issir wara l-ewwel jumejn ta’ votazzjoni bikrija fl-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista fejn ivvutaw b’kollox 40% tat-tesserati eliġibbli.
//= $special ?>