Is-suq tat-trasferimenti wasal fi tmiemu hekk kif illum, l-ewwel ta’ Settembru jingħalaq is-suq tat-trasferimenti f’ħafna mill-kampjonati madwar l-Ewropa.
Jekk nagħtu ħarsa lejn l-aqwa ħames kampjonati fl-Ewropa, li huma l-Premier League, il-La Liga, s-Serie A, il-Bundesliga u l-Ligue 1, dawn kollha se jagħlqu s-suq tat-trasferiemnti ta’ plejers illum, l-ewwel ta’ Settembru, pero l-ħinijiet ivarjaw naqra.
Fil-Premier League Ingliż, is-suq tat-rasferimenti jingħalaq fit-8pm, ħin lokali, jiġifieri CET, madankollu trasferimenti bejn klabbs lokali jitħallew isiru sal-10pm, filwaqt li dawk bejn l-Internazzjonali sas-1am.
Fil-La Liga, is-suq jingħalaq fin-11:5pm, fl-1 ta’ Settembru.
Fis-Serie A fl-Italja, is-suq jingħalaq fit-8pm, kif ukoll fil-Bundesliga fil-Ġermanja.
Fil-Ligue 1 ta’ Franza, is-suq jingħalaa fis-7pm.
Minn naħa l-oħra, s-Super Liga tat-Turkija tagħlaq is-suq fit-12 ta’ Settembru, il-Pro League tal-Belġju tagħlaq is-suq fit-8 ta’ Settembru, flimkien mal-Swiss Super League fl-Iżvizzera.
Illum jagħlaq is-suq tat-trasferimenti f’ħafna mill-kampjonati fl-Ewropa
