Lokali

“Ir-rebbieħ se jkun il-PN” – Adrian Delia u Alex Borg waqt l-aħħar dibattitu qabel il-vot tas-Sibt

Iż-żewġ kandidati għall-kariga ta’ Kap tal-PN – Alex Borg u Adrian Delia – sostnew fl-aħħar dibattitu bejniethom li f’din l-elezzjoni r-rebbieħ se jkun il-PN.

Id-dibattitu xxandar ilbieraħ filgħaxija fuq NET TV u tmexxija mill-ġurnalist Robert Cremona.  Dan kienet it-tieni dibattitu fuq NET TV li sar bejn iż-żewġ kandidati u minbarra dan id-dibattitu Alex Borg u Adrian Delia kellhom numru ta’ intervisti fuq l-istazzjnijiet kollha tat-televiżjoniu radju kif ukoll fuq il-ġurnali kollha. Huma pparteċipaw ukoll fuq numru ieġor ta’ programmi lisaru fuq il-media tal-soċjali.

Fid-dibattitu tal-bieraħ Alex Borg u Adrian Delia tkellmu dwar diversi temi li kienu diskussi fil-kampanja elettorali għall-Kap tal-PN. Iż-żewġ kandidati trattaw il-programm politiku tagħhom dwar kif il-PN se jappella għall-votanti indeċiżi fl-elezzjoni ġenerali, dwar l-importanza tal-għaqda fil-PN, dwar l-użu tad-Dar Ċentrali tal-PN u l-każini tal-PN. Dwar il-mod kif il-PN għandu wjassal il-messaġġ politiku tiegħu, dwar il-media tal-PN, il-viżjoni politika għall-elezzjoni ġenerali  u l-ħidma politika  tal-PN.

Fid-dibattitu Alex Borg u Adrian Delia enfażizzaw li minn din il-kampanja, ir-rebbieħ se jkun il-PN u sġjegaw kif ikun x’ikun ir-riżultat, huma se jibqgħu jaħdmu fil-PN biex fil-pajjiż issir il-bidla meħtieġa. Kemm Alex Borg kif ukoll Adrian Delia trattaw fid-dettall il-mod kif il-PN għandu jkompli jirriforma biex ikun gvern alternattiv f’perjodu meta l-poplu Malti qed iħoss ħtieġa ta’ bidla fid-direzzjoni politika u ekonomika tal-pajjiż.

Din hi l-aħħar ġimgħa ta’ din il-kampanja li bdiet wara r-riżenja ta’ Bernard Grech minn Kap tal-PN u matulha ż-żewġ kandidati organizzaw diversi attvitajiet li għalihom attendew mijiet ta’ persuni li kellhom l-opportunità li jiddiskutu u jistaqsu liż-żewġ kandidati.

Il-proċess ta’ ħatra tal-Kap il-ġdid tal-PN se  ssir nhar il-Sibt li ġej 6 ta’ Settembru 2025 biex wara jibda l-għadd tal-voti fid-Dar Ċentrali tal-PN; liema għadd tal-voti jwassal biex nhar is-Sibt stess ikun elett il-Kap il-ġdid tal-PN.

Proposti konkreti dwar it-tisħiħ tal-PN

Id-dibattitu finali bejn iż-żewġ kontestanti għall-kariga tal-Kap tal-PN iffoka fuq diversi propsti taż-żewġ kandidati Alex Borg u Adrian Delia dwar kif il-PN se jissaħħaħ billi jiffoka kemm fuq riformi fl-istrutturi interni tiegħu kif ukoll fuq propsti nazzjonali li jkompli jifirxu l-messaġġ  tal-PN fost iktar ċittadini Maltin u Għawdxin.

Fl-ewwel intervent tiegħu Adrian Delia semma’ l-ħidma politika li hu wettaq fl-aħħar snin fosthom fil-kawża dwar l-isptarijiet u kif iġġieled lill-gvern ta’ Joseph Muscat f’mument meta din il-ġleida kineet dik meħtieġa. Għalhekk sostna Adrian Delia meta l-PN jaħdem flimkien jirnexxielu jirbaħ.

Alex Borg irringazzja lill-Kap tal-PN Bernard Grech u lil Adrian Delia għall-ħidma politika tagħhom u qal li din il-kampanja kienet waħda rispettuża u nadifa. Hu tkellem favur politika ta’ inqas partiġġjaniżmu u politika ta’ bidla fil-mod kif jitkellem il-PN biex b’hekk jilħaq faxxa iktar tas-soċjetŕ u jkun partit rebbieħ. Alex Borg enfażizza l-importanza li l-PN ikun il-partit tal-ġenerazzjonijiet futuri u li l-iskop tiegħu jekk ikun Kap tal-PN hu li jirbaħ lil Robert Abela f’elezzjoni ġenerali.

Dwar l-għaqda fil-PN, Adrian Delia qal li se din se tkopli tintwera l-għaqda tar-riżultat ta’ din l-elezzjoni interna għal Kap tal-PN; fis-7 ta’ Settembru 2025. Il-PN se juri li hu gvern altrenattiv u li hu partit viċin in-nies bi proposti dwar is-saħħa, il-popolazzjoni esaġerata, it-trasport, l-enerġija, l-ambjent, l-afforestazzjoni, il-kwalitŕ tal-ħġajja, il-bajjiet, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż u l-mudell ekonomiku, sostna Adrian Delia.

Fuq l-istess suġġett Alex Borg qal li hu ppubblika l-proposti tiegħu kemm għall-PN kif ukoll għall-pajjiż. Hu enfażizza l-importanza li jkun hemm soluzzjoni għall-problemi finanzjari tal-PN u li l-PN jaħdem f’mod effiċjenti. Għalhekk Alex Borg qal li se joħloq rwoli ġodda fil-PN u b’mod immedjat se jinħatar Campaign Manager għall-elezzjoni ġenerali. Dan filwaqt li jkun hemm riformi għal media iktar effettiva, fl-istrutturi tal-PN u f’bidla ġenerazzjonali li tolqot lis-settur kollha.

Mistoqsi dwar l-istrutturi interni tal-PN u l-funzjoni tad-Dar Ċentrali, Adrian Delia qal li din hi d-dar tan-Nazzjonalisti li minnha ghandhom joħorġu l-ideat għat-tiġdid tal-Partit, għall-kuntatt usa man-nies u għall-politika nazzjonali. Mhux se jkun hemm żmien wara nhar is-sibt li ġej għaliex il-pajjiż mill-ewwel se jmur f’kampanja elettorali Din se tkun sfida għall-voluntiera u t-tesserati tal-PN li jridu jkunu involuti f’dan il-proċess. Għalhekk il-PN se jsaħħaħ il-ħidma tiegħu fil-lokalitajiet bil-ħolqien ta’ mobile unit immexxi mill-MŻPN u minn Team Start għaliex nemmen li l-PN għandu jkun il-partit li fih iż-żgħażagħ jaraw futur, sostna Adrian Delia, li spjega wkoll il-proposti tiegħu dwar il-finanzi tal-PN u l-assi li għandu l-partit.

Alex Borg ddikjara li ma kinx se jbgħ id-Dar Ċentrali jew xi propjetŕ tal-PN iżda se jaraw kif dawn jistgħu jkunu kummerċjalizzati fl-interess tal-PN. Hu qal li se jwaqqaf kumitat tekniku magħmul minn esperti bl-iskop li jinstabu s-soluzzjonijiet.

Il-każini tal-PN huma tal-Partit u mhux misruqa mingħand in-nies bħal dawk tal-PL, sostna Alex Borg, li kompla li se jimplimenta wkoll pjan ta’ rkupru għall-isturutturi tal-PN u biex dawn jiffunzjonaw bl-iktar mod effettiv. Għalhekk se jitwaqqaf ukoll grupp ta’ ħassieba żgħażagħ biex jagħtu proposti lill-PN u Gozo Policy Team għall-politika dwar Għawdex, sostna Alex Borg li qal li l-politika tiegħu se tkun ibbażat fuq kuntatt man-nies, l-attivitajiet Nisma’ u Fil-Komunitŕ fejn il-Kap tal-PN imur fil-lokalitajiet jiltaqa’ man-nies.  Alex Borg enfażizza wkoll it-tisħiħ tal-media soċjali tal-PN u t-tisħiħ tal-ELCOM.

Dwar l-ideat ġodda li ż-żewġ kanadidati għandhom għal-PN, Adrian Delia tratta l-importanza tal-proposti ġejjin miż-żgħażagħ u bil-parteċipazzjoni tal-kumitati sezzjonali tal-PN waqt li Alex Borg iffoka fuq il-Konvenzjoni proposta li fiha l-PN jiddiskuti mas-soċjetŕ waqt li jibqa’ jibni l-programm elettorali. Iż-żewġ kandidati esprimew fiduċja f’George Vital Zammit biex jibqa’ jmexxi l-proċess tat-tfassil tal-programm elettrali tal-PN.

Mistoqsija x’inhuma l-iktar issues li jitkellemu dwarhom in-nies fiż-żjarat li huma qed jagħmlu, Adrian Delia qal li l-ikbar xewqa tan-Nazzjonalisti hi li jkun hemm l-għaqda fil-PN. Hu assigura li l-kampanja elettorali tal-PN se tkun qed issir flimkien bl-involviment ta’ kulħadd fil-PN għaliex l-għaqda hi l-ikbar prijoritŕ biex il-PN jkun l-alternattiva għall-gvern Laburista. Il-futur ta’ Malta jiddependi mill-PN, sostna Adrian Delia.

Alex Borg qal li dan hu mument delikat għal Malta u Għawdex u qabel ma’ Adrian Delia dwar l-importanza tal-għaqda fil-PN. Alex Borg qal li hu dejjem wera lealtŕ lejn il-kapijiet kollha tal-PN u spjega kif hu daħal fil-politika biex itejjeb il-kwalitŕ tal-ħajja tan-nies. Il-PN hu familja waħda; liema familja għandha twassal għal rebħa tal-PN, sostna Alex Borg.

Id-dibattitu ffoka wkoll l-elezzjoni ġenerali li jmiss fejn Adrian Delia qal li l-PN għandu jkun ppreparat bi proposti konkreti. Hu tkellem dwar il-pjani tiegħu biex il-PN jilħaq iktar nies u biex jirbaħ lura lin-nies li weġġgħu taħt gvernijiet Nazzjonalisti. Għalhekk għandha titwaqqaf aġenzija biex titratta l-inġustizzji li qed isofru n-Nazzjonalisti u anki ħaddiema Laburisti minn dan il-gvern. Jekk ma ssirx ġustizzja ma’ dawn in-nies fi żmien sena allura dawn xorta jingħataw raġun, sostna Adrian Delia.

Dwar dan l-aspett, Alex Borg qal li l-Gvern Laburista tilef l-umiltŕ man-nies u żied li l-PN jrid jattira lejl li dawn li jivvotaw lill-PL u j]arsu lejn il-politika b’mod ġenwin. Hu spjega li jekk ikun Kap tal-PN, se kun qed jiġbor fondi mingħand in-nies għall-kampanja elettorali u l-ħidma politika tal-PN. Alex Borg rringrazzja l-ħidma li qed iwettqu d-deputati Nazzjonalisti u t-tliet MEPs tal-PN fil-Parlament Ewropew.

Fl-appelli tiegħu lit-tesserati Nazzjonalisti, Adrian Delia qal li fl-aħħar snin hu ma qatax qalbu u baqa’ leali tant li wassal biex il-pajjiż kiseb lura l-isptarijiet. Adrian Delia sostna li t-tesserati u dawk li kellhom dubju issa qed juru li jafdawh. Filwaqt li qal li fil-passat għamel żbaljati, Adrian Delia qal li dak kien żmien meta hu kien għadu dieħel fil-politika u kellu nuqqas ta’ esperjenza li wasslitu għall-iżbalji. Minkejja dan ma qtajtx qalbi u bqajt naħdem għall-għaqda… ma naqta’ qalbi qatt, temm Adrian Delia.

L-appell ta’ Alex kien mibni fuq il-viżjoni tiegħu dwar fejn iridu jieħu l-PN u l-pajjiż. Hu qal li irridu nħarsu ‘il quddiem biex il-PN jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li ġejja. Kien għalhekk li aċċettajt is-sejħa tan-nies u tal-partitarji tal-PN biex nikkontesta din l-elezzjoni għax irrid li l-PN jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li ġejja. Nemmen li kapaċi nikkonvinċi lin-nies li għadhom ma jivvutawx lill-PN jew għadhom ma ddeċidewx lil min se jivvotaw. Dan hu l-mument li nġibu rebħa għaż-żgħażagħ, għall-ħaddiema, għall-familji u għall-anzjani Maltin u Għawdxin, ikkonkluda Alex Borg.