Neil Agius bħalissa qiegħed iwettaq l-isfida ta’ Gozo 7, u bħalissa jinsab fit-tieni jum tagħha. F’din l-isfida, hu se jgħum madwar Għawdex kuljum għal sebat ijiem.
Matul il-jum tat-Tnejn, Agius telaq mill-bajja ta’ Ħondoq fis-6am u mistenni jasal Mġarr ix-Xini għall-ħabta tad-9pm – u b’hekk hu se jkun għamel għawm ta’ 15-il siegħa.
Matul il-jum tal-Ħadd, Aius irnexxielu jgħum 44km mill-bajja tar-Ramla sal-bajja tal-Ħondoq.
Hu qed iwettaq din l-isfida b’monitoraġġ tas-saħħa kontinwu.
Il-fiżjoterapista ta’ Neil, Matt Camilleri, ngħaqad mal-ekwipaġġ it-Tnejn stess, qal li l-kundizzjonijiet tal-jum tat-Tnejn jidhru ħafna aħjar minn tal-Ħadd.
Il-pubbliku jista’ jsegwi l-għawma ta’ Neil hawn: https://neilagius.com/the-gozo-7 matul il-vjaġġ kollu tiegħu.
//= $special ?>