Knisja Lokali

Nomini ġodda fid-Djoċesi ta’ Għawdex

Bl-għan li l-Poplu ta’ Alla miġbur fid-Djoċesi ta’ Għawdex jiġi megħjun bl-aħjar mod fil-mixja Nisranija tiegħu, skont il-bżonnijiet u l-esiġenzi attwali, qed jiġu mħabbra dawn in-nomini ġodda marbuta ma’ diversi ministeri u servizzi fil-ħajja tal-Knisja f’Għawdex.

Ħidmiet ġodda fuq livell djoċesan:

  • Mons. Giovanni Curmi (mill-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il-Munxar) – Vigarju Ġenerali għad-Djoċesi ta’ Għawdex;
  • Mons. Tarcisio Camilleri (mill-Parroċċa ta’ Santa Margerita, Ta’ Sannat) – Vigarju Episkopali għall-Kleru;
  • Mons. Joseph Sultana (mill-Parroċċa tat-Twelid ta’ Marija, ix-Xagħra) – Segretarju Pastorali għad-Djoċesi ta’ Għawdex u Direttur tal-Istitut għall-Ministeru Pastorali (IPM);
  • Mons. Frankie Bajada (mill-Parroċċa tat-Twelid ta’ Marija, ix-Xagħra) – Delegat tal-Isqof għall-Evanġelizzazzjoni;
  • Mons. John Muscat (mill-Parroċċa ta’ Santa Margerita, Ta’ Sannat) – Delegat tal-Isqof għall-Ekumeniżmu u Kordinatur tal-Gruppi Etniċi fid-Djoċesi;
  • Mons. John Sultana (mill-Parroċċa tat-Twelid ta’ Marija, ix-Xagħra) – Delegat tal-Isqof għall-Pastorali tat-Turiżmu Reliġjuż intern u estern u Kollaboratur fil-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa fis-Sema, iż-Żebbuġ;
  • ir-Rev. Massimo Buttigieg (mill-Parroċċa tal-Katidral ta’ Marija Assunta, il-Belt Victoria) – Difensur tal-Vinkolu fit-Tribunal Ekkleżjastiku tad-Djoċesi ta’ Għawdex.

Erba’ komunitajiet parrokkjali ser ikollhom Ragħaj ġdid mill-bidu tas-Sena Pastorali 2025-2026:

  • Mons. Noel Saliba (mill-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa fis-Sema, iż-Żebbuġ) – Arċipriet tal-Parroċċa tal-Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria;
  • il-Kan. Daniel J. Sultana (mill-Parroċċa tat-Twelid ta’ Marija, ix-Xagħra) – Arċipriet tal-Parroċċa tat-Twelid ta’ Marija, ix-Xagħra;
  • ir-Rev. Michael Said (mill-Parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur) – Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa fis-Sema, iż-Żebbuġ;
  • ir-Rev. Joseph Hili (mill-Parroċċa tat-Twelid ta’ Marija, ix-Xagħra) – Arċipriet tal-Parroċċa tal-Madonna ta’ Loreto, Għajnsielem.

Saċerdoti li ser ikunu qed jagħtu l-għajnuna tagħhom f’xi Parroċċa:

  • ir-Rev. Massimo Buttigieg (mill-Parroċċa tal-Katidral ta’ Marija Assunta, il-Belt Victoria) – Kollaboratur Parrokkjali fil-Parroċċa ta’ San Ġużepp u l-Immakulata Kunċizzjoni, il-Qala;
  • ir-Rev. Emanuel Magro (mill-Parroċċa tal-Katidral ta’ Marija Assunta, il-Belt Victoria) – Kollaboratur Parrokkjali fil-Parroċċa tal-Katidral ta’ Marija Mtellgħa fis-Sema, il-Belt Victoria;
  • ir-Rev. Alexander Refalo (mill-Parroċċa tat-Twelid ta’ Marija, ix-Xagħra) – Kollaboratur fil-Parroċċa ta’ San Lawrenz, San Lawrenz.

Saċerdoti li ser ikunu qed iwettqu l-missjoni pastorali tagħhom f’realtajiet oħra:

  • Mons. Tarcisio Camilleri (mill-Parroċċa ta’ Santa Margerita, Ta’ Sannat) – Amministratur tal-Komunità ta’ Santa Luċija;
  • Patri Arthur Cutajar ofmconv (mill-Komunità tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali) – Direttur Spiritwali għall-Ordni tal-Verġni;
  • ir-Rev. Joseph Farrugia (mill-Parroċċa tal-Viżitazzjoni, l-Għarb) – Direttur Spiritwali fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù;
  • Mons. Ġużeppi Farrugia (mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ, il-Belt Victoria) – Rettur tal-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, ix-Xlendi;
  • Mons. Carmelo Gauci (mill-Parroċċa ta’ Santa Margerita, Ta’ Sannat) – Kollaboratur fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, l-Għarb;
  • ir-Rev. Samuel Grech (mill-Parroċċa tal-Madonna ta’ Loreto, Għajnsielem) – Kollaboratur fl-Oratorju Don Bosco, il-Belt Victoria;
  • Mons. Carmelo Refalo (mill-Parroċċa tat-Twelid ta’ Marija, ix-Xagħra) – Rettur tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, l-Għarb;
  • il-Kan. Michael Xuereb (mill-Parroċċa ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija) – Rettur tal-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, Ta’ Ħamet;
  • ir-Rev. Gerard Buhagiar (mill-Parroċċa tat-Twelid ta’ Marija, ix-Xagħra) – ser iwettaq sena ta’ approfondiment u formazzjoni fil-qasam teoloġiku u Marjan barra mid-Djoċesi ta’ Għawdex;
  • ir-Rev. Dominic M. Sultana (mix-Xagħra) – ser ikun qed iwettaq sena oħra bħala missjunarju itineranti barra minn Malta.

Dawn il-ministeri ġodda fid-Djoċesi ta’ Għawdex jidħlu fis-seħħ nhar il-Ħadd 14 ta’ Settembru, Festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes. Huwa fid-dawl tal-imħabba, murija fil-misteru tas-Salib ta’ Kristu, li kull ministeru jew servizz fi ħdan il-Knisja għandu jsib iċ-ċentru u l-milja tiegħu, waqt li jingħax bħala għotja u qadi għall-oħrajn.

Il-Knisja f’Għawdex tixtieq tirringrazzja lil dawk kollha – saċerdoti u lajċi – li taw is-servizz tagħhom b’dedikazzjoni u impenn fil-ħidma li kienu qed ikopru sa dawn l-aħħar ġimgħat. Fuq kollox tirringrazzja lill-Missier għall-ġid kollu li sar permezz tagħhom u li minnu seta’ jgawdi l-Poplu ta’ Alla fdat f’idejhom.

Il-komunitajiet kollha huma mħeġġa sabiex matul dawn il-ġimgħat isir mument ta’ talb kemm fil-parroċċi u kemm fil-familji għal dawn ħutna, ħalli filwaqt li nsostnuhom u ngħinuhom bit-talb u l-għajnuna tagħna, il-Mulej Ġesù – li beda din l-opra tajba fihom – iwassalha sat-tmiem skont ix-xewqa tiegħu.