Aktar minn €1,736,000 – din hija ic-cifra li nġabret il-Ħadd waqt il-maratona televiżiva b’risq l-ALS Malta.
Din is-somma sabiħa inġabret waqt l-inzjattiva ġbir ta’ fondi “Miegħek Jien”, li saret propju mill-ALS Malta b’risq persuni li qed isofru mill-kundizzjoni bħal l-ALS, il-Parkinsons, u l-Multiple Sclerosis.
Matul il-maratona li damet għaddejja tnax-il siegħa, residenti mid-DAR Bjorn ta’ Ħal Qormi u Ħaż-Żebbuġ qasmu l-istejjer tagħhom. U l-membri tal-familji ta’ dawn il-persuni semmew l-importanza tax-xogħol li qed tagħmel l-ALS Malta.
Matul il-maratona kien enfasizzat kif ALS Malta toffri l-aħħar teknoloġija u tagħmir kemm lin-nies fi djarhom kif ukoll f’DAR Bjorn sabiex tadatta għall-kundizzjonijiet newroloġiċi li jħallu lill-pazjent immobbli u b’nuqqas ta’ indipendenza. Permezz ta’ dan l-istess tagħmir, il-pazjenti jingħataw sens ta’ dinjità u awtonomija.
Is-somma ta’ €1,736,000 li nġabret, se tkompli tgħin fl-iffinanzjar tad-dar il-ġdida, filwaqt li se tkompli tgħin lil għexieren ta’ nies u lill-maħbubin tagħhom jgħixu ħajja normali minkejja l-isfidi ta’ kuljum.
//= $special ?>