Ir-rebbieħa tal-Kampjonat tal-Youths f’Malta, fl-istaġun li għadda, Naxxar Lions FC se jkunu qed jilgħabu fl-Ewropa fil-kompetizzjoni tal-UEFA Youth League, kontra Lincoln Red Imps FC ta’ Ġibiltá fl-ewwel fażi tal-kompetizzjoni.
Dan sar magħruf ftit tal-ħin ilu meta f’Monaco, kienu magħrufa l-poloz ta’ din il-kompetizzjoni. Malta se tkun qed tipparteċipa permezz taċ-champions tal-kategorija tal-Youths Sezzjoni A, tal-istaġun ta’ qabel, għat-tieni darba konsekuttivament. Is-sena l-oħra, fl-ewwel darba ta’ Malta f’din il-kompetizzjoni, Malta kienet rappreżentanta minn Valletta.
Din id-darba, fl-istaġun 2025/26, Naxxar Lions se jkunu l-ambaxxaturi Maltin u f’Genevra, matul il-ġurnata tal-lum huma kien preżenti permezz ta’ Direttur tal-Klabb ta’ Naxxar Lions, Omar Borg u l-Kordinatur tat-Tim, Adrian Ciappara.
Naxxar Lions se jkunu qed jilgħabu kontra ċ-champions ta’ din l-istess kategorija f’Ġibiltá, bl-ewwel leg se tkun qed tintlagħab f’pajjiżna, fis-17 ta’ Settembru u t-tieni logħba, f’dar l-avversarji, se tintlagħab fl-1 t’Ottubru.
Ir-rebbieħ fuq żewġ legs bejn Naxxar Lions u Lincoln Red Imps FC se jkun qed javvanza għar-rawnd li jmiss tal-UEFA Youth League kontra l-Olandiżi ta’ AZ Alkmaar.
//= $special ?>