Is-sistema għan-navigazzjoni ta’ ajruplan li kien qed Iwassal lill-President tal-Kummissjoni Ewropea lejn il-Bulgarija spiċċat imħarbta b’kaġun ta’ suspettata azzjoni– magħruf bħala ‘jamming’ – min-naħa tar-Russja,
Kelliema għall-Kummissjoni Ewropea qalu li l-President, Ursula von der Leyen, waslet il-Bulgarija ‘mingħajr wisq intoppi’ u minkejja l-problemi għas-sistema tal-GPS tal-ajruplan ftit qabel il-ħin tal-inżul.
L-istess kelliema qalu li huma ngħataw l-informazzjoni mingħand l-awtoritajiet Bulgari li suspettaw li l-‘jamming’ kien kollu dovut għal xi attentat tar-Russja.
Il-gazzetta Financial Times, li referiet għal xi sorsi mhux identifikati, qalet, intant, li l-piloti tal-ajruplan ta’ von der Leyen kellhom jużaw il-mapep biex jinżlu fl-ajruport ta’ Plovdiv.
Sadanittant, il-Kummissjoni Ewropea qalet li t-theddid u intimidazzjoni huma elementi komuni tal-azzjonijiet ostili tar-Russja u li l-inċident għandu jirrinforza l-impenji tal-Ewropa biex iżżid il-kapaċitajiet tad-difiża u l-appoġġ għall-Ukrajna.
Il-Gvern Bulgaru, fl-istess ħin, ikkonferma li, waqt it-titjira, ‘spiċċaw innewtralizzati s-sinjali mis-satellita li jittrasmettu l-informazzjoni lis-sistema tal-GPS tal-ajruplan’.
//= $special ?>