Ekonomija Lokali

Ir-rata tal-għoli tal-ħajja f’pajjiżna tibqa’ aktar minn dik fiz-Zona Ewro

Ċifri uffiċjali maħruġa mill-Uffiċċju Ewropew tal-Istatistika juru li r-rata tal-għoli tal-ħajja f’Malta għax-xahar ta’ Awwissu kienet ta’ 2.6%.

L-istatistika tal-Eurostat turi biċ-ċar kif l-għoli tal-ħajja f’Malta qed tiżboq sew dik ta’ pajjiżi Ewropej oħra bħall-Irlanda, Franza u l-Italja. Apparti minn hekk, l-inflazzjoni f’pajjiżna hi ferm ogħla mill-medja taz-Zona Ewro.

Ir-rata ta’ 2.6% tfisser żieda anke fuq perijodu ta’ sena, għaliex f’Awwissu 2024 l-inflazzjoni f’Malta kienet inqas – konferma oħra li l-prezzijiet ta’ prodotti bażiċi qed ikomplu jiżdiedu.