Dan ir-ritratt kien ixxokja lid-dinja.
Ħafna rawh makabru wisq.
Iżda l-ġurnali madwar id-dinja kienu iddeċidew li jippubblikawh biex juru lil kulħadd l-effetti tat-traffikar uman.
Alan Kurdi, ta’ sentejn, kien sar is-simbolu tal-kriżi li jsibu ruħhom fiha r-refuġjati, wara li nstab mejjet wiċċu ‘l isfel fuq bajja f’Bodrum.
Il-każ ta’ Alan Kurdi kien seħħ propju bħal-lum 10 snin ilu.
Flimkien ma’ Alan Kurdi kienu għerqu 12-il persuna oħra – fosthom ħuh Galip ta’ 5 snin u ommu. Missieru kien l-uniku membru tal-familja li salva minn dik it-traġedja.
//= $special ?>