Partita li matulha ngħataw tliet penalties li tnejn minnhom li ġew falluti.
MAFA fetħu l-iskor fis-7 minuta permezz ta’ Andrew Tortell wara azzjoni mix-xellug. Il-Malta Amateur Football Association kellhom iċ-ċans jirduppjaw wara li fis-26 minuta ngħataw penalty iżda Nikola Neskovic ra x-xutt tiegħu milqugħ minn Stephane Moto Bitseki.
Minuta wara kienu l-Masters li ngħataw penalty li minnu Firas Aboulezz għeleb lil Jianiro Camilleri sabiex l-ewwel taqsima ntemmet 1 – 1
Fit-tieni taqsima, fis-66 minuta li MAFA rduppjaw meta wara cross mil-lemin, kien Timmy Zammit Lupi li bir-ras għeleb lil Bitseki.
Fis-70 minuta penalty ieħor għal Masters wara irregolarità fil-kaxxa. Iżda din id-darba, Firas Aboulezz ra l-ballun tiegħu jaħbat mal-lasta.
MAFA għalqu l-partita fit-72 minuta meta wara kontrattakk, kien Timmy Zammit Lupi li għamel l-iskor 3 – 1 sabiex fis-semifinali jilagħbu kontra l-IASC nhar is-Sibt li ġej.
Referee kien Danilo Francalanza.
//= $special ?>